+Artikolu 6 Ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
|
Artikolu 6 Ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv joffri ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self, investitur għandu jagħti l-mandat li jispeċifika il-parametri għall-forniment tas-servizz, li għandu jinkludi mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin li kull self fil-portafoll ikollu jikkonforma magħhom:
|
(a)
|
ir-rata tal-imgħax minima u massima pagabbli skont kwalunkwe self iffaċilitat għall-investitur;
|
|
(b)
|
id-data ta' maturità minima u massima ta' kwalunkwe self iffaċilitat għall-investitur;
|
|
(c)
|
il-firxa u d-distribuzzjoni ta' kwalunkwe kategorija ta' riskju applikabbli għas-self; u
|
|
(d)
|
jekk tiġi offruta rata ta' redditu fil-mira annwali fuq l-investiment, il-probabbiltà li s-self magħżul jippermetti li l-investitur jikseb ir-rata fil-mira b'ċertezza raġonevoli.
|
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Sabiex jikkonforma mal-paragrafu 1, fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollu fis-seħħ proċessi u metodoloġiji interni robusti u juża data xierqa. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' juża id-data tiegħu stess, jew data miksuba minn partijiet terzi.
Fuq il-bażi ta' kriterji sodi u definiti tajjeb, u filwaqt li jittieħed kont tal-fatturi rilevanti kollha li jista' jkollhom effetti negattivi fuq il-prestazzjoni tas-self, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jivvaluta:
|
(a)
|
ir-riskju tal-kreditu ta' proġetti ta' finanzjament kollettiv individwali magħżula għall-portafoll tal-investitur;
|
|
(b)
|
ir-riskju tal-kreditu fil-livell ta' portafoll tal-investitur; u
|
|
(c)
|
ir-riskju ta' kreditu ta' sidien il-proġett magħżul għall-portafoll tal-investitur permezz tal-verifika tal-prospett li sidien il-proġett jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont is-self.
|
Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jipprovdi wkoll deskrizzjoni tal-metodu użat għall-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu lill-investitur.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv joffri ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self, huwa għandu jżomm rekords tal-mandat mogħti u ta' kull self f'portafoll individwali. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jżomm rekords tal-mandat u ta' kull self għal mill-inqas tliet snin wara d-data tal-maturità tiegħu fuq mezz li jservi għal żmien twil.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu, fuq bażi kontinwa u fuq it-talba ta' investitur, jipprovdi permezz ta' mezzi elettroniċi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja fuq kull portafoll individwali:
|
(a)
|
il-lista ta' self individwali li portafoll huwa magħmul minnu;
|
|
(b)
|
ir-rata tal-imgħax medja annwali ppeżata fuq is-self f'portafoll;
|
|
(c)
|
id-distribuzzjoni ta' self skont il-kategorija tar-riskju, f'perċentwali u numri assoluti;
|
|
(d)
|
għal kull self li jkun magħmul minnu portafoll, informazzjoni ewlenija, inkluż mill-inqas rata tal-imgħax jew kumpens ieħor lill-investitur, id-data ta' maturità, il-kategorija ta' riskju, l-iskeda għar-ripagament tal-kapital -u l-ħlas tal-imgħax, il-konformità ta' sid il-proġett ma' dik l-iskeda ta' pagament parzjali;
|
|
(e)
|
għal kull self li minnu jkun magħmul portafoll, miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju inkluż fornituri ta' kollateral jew garanti jew tipi oħra ta' garanziji;
|
|
(f)
|
kwalunkwe inadempjenza fuq ftehimiet ta' kreditu minn sid il-proġett fl-aħħar ħames snin;
|
|
(g)
|
kwalunkwe tariffa mħallsa fir-rigward tas-self mill-investitur, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew sid il-proġett;
|
|
(h)
|
jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun wettaq valutazzjoni tas-self:
|
(i)
|
il-valutazzjoni l-aktar reċenti;
|
|
(ii)
|
id-data tal-valutazzjoni;
|
|
(iii)
|
spjegazzjoni għaliex il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv wettaq il-valutazzjoni; u
|
|
(iv)
|
deskrizzjoni ġusta tar-ritorn reali probabbli, filwaqt li jittieħed kont tat-tariffi u r-rati ta' inadempjenza.
|
|
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun stabbilixxa u jopera fond ta' kontinġenza għall-attività tiegħu relatata mal-ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self, għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-investituri:
|
(a)
|
twissija ta' riskju li tispeċifika: ‘Il-fond ta' kontinġenza li noffru ma jagħtikx dritt għal pagament u għaldaqstant jista' jiġri li inti ma tirċevix pagament anki jekk iġġarrab telf. L-operatur tal-fond ta' kontinġenza għandu diskrezzjoni assoluta fir-rigward tal-ammont li jista' jitħallas, inkluż li ma jsir l-ebda pagament. Għalhekk, l-investituri ma għandhomx jiddependu fuq pagamenti possibbli mill-fond ta' kontinġenza meta jqisu jekk jinvestux jew kemm jinvestu.’;
|
|
(b)
|
deskrizzjoni tal-politika tal-fond ta' kontinġenza, inkluż:
|
(i)
|
spjegazzjoni dwar is-sors tal-flus imħallsa fil-fond;
|
|
(ii)
|
spjegazzjoni dwar kif huwa rregolat il-fond;
|
|
(iii)
|
spjegazzjoni dwar lil min jappartjenu l-flus;
|
|
(iv)
|
il-kunsiderazzjonijiet li l-operatur ta' fond ta' kontinġenza jieħu kont tagħhom meta jiddeċiedi jekk jew kif jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu li jħallas mill-fond, inkluż:
|
—
|
jekk il-fond għandux flus biżżejjed biex iħallas jew le; u
|
|
—
|
li l-operatur tal-fond ta' kontinġenza għandu fi kwalunkwe każ diskrezzjoni assoluta li ma jħallasx jew li jiddeċiedi l-ammont tal-pagament;
|
|
|
(v)
|
spjegazzjoni tal-proċess biex jitqies jekk għandux isir pagament diskrezzjonali mill-fond; u
|
|
(vi)
|
deskrizzjoni ta' kif il-flus imħallsa fil-fond jiġu ttrattati fil-każ ta' insolvenza tal-operatur tal-fond ta' kontinġenza.
|
|
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li stabbilixxa u jopera fond ta' kontinġenza kif imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-prestazzjoni tal-fond lill-pubbliku fuq bażi trimestrali:
|
(a)
|
id-daqs tal-fond ta' kontinġenza mqabbel mal-ammonti totali pendenti fuq is-self rilevanti għall-fond ta' kontinġenza; u
|
|
(b)
|
il-proporzjon bejn il-pagamenti magħmula mill-fond ta' kontinġenza għall-ammonti totali pendenti fuq self rilevanti għall-fond ta' kontinġenza.
|
|
|
Artikolu 6 7
|
7. L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
|
(a)
|
l-elementi, inkluż il-format, li jridu jiġu inklużi fid-deskrizzjoni tal-metodu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4; u
|
|
(c)
|
il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti organizzattivi li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv irid ikollhom fis-seħħ fir-rigward ta' kwalunkwe fond ta' kontinġenza li jistgħu joffru kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6.
|
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|