7. L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
|
(a)
|
l-elementi, inkluż il-format, li jridu jiġu inklużi fid-deskrizzjoni tal-metodu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4; u
|
|
(c)
|
il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti organizzattivi li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv irid ikollhom fis-seħħ fir-rigward ta' kwalunkwe fond ta' kontinġenza li jistgħu joffru kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6.
|
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.