+Artikolu 7 Trattament tal-ilmenti
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5

Artikolu 7 Trattament tal-ilmenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri effettivi u trasparenti għat-trattament f’waqtu, ġust, konsistenti ta' lmenti li jaslu mill-klijenti u għandhom jippubblikaw deskrizzjonijiet ta' dawk il-proċeduri.

Artikolu 7 2

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu jistgħu jressqu lmenti kontrihom mingħajr ħlas.

Artikolu 7 3

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżviluppaw u jagħmlu disponibbli lill-klijenti formola għall-ilmenti standardizzata u għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha li jaslulhom u l-miżuri meħuda.

Artikolu 7 4

4.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinvestigaw l-ilmenti kollha b'mod ġust u f'waqtu, u jikkomunikaw l-eżitu lill-ilmentatur f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

Artikolu 7 5

5.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.