7. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat:
|
(a)
|
ir-rekwiżiti għall-manutenzjoni jew għat-tħaddim tar-regoli interni msemmija fil-paragrafu 3;
|
|
(b)
|
il-passi msemmija fil-paragrafu 4;
|
|
(c)
|
l-arranġamenti għad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6.
|
Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta'standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.