3. It-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv offruti fuq pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, u li jistgħu jiġu rreġistrati f'kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ f'isem investitur jew li jistgħu jiġu konsenjati fiżikament lil kustodju, għandhom jinżammu f'kustodja mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew minn parti terza. Entità li tipprovdi servizzi ta' kustodja għandu jkollha awtorizzazzjoni f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew 2014/65/UE.