+Artikolu 10 Il-forniment ta' servizzi ta' kustodja tal-assi u servizzi ta' pagament
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5

Artikolu 10 Il-forniment ta' servizzi ta' kustodja tal-assi u servizzi ta' pagament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Fejn jiġu pprovduti servizzi ta' kustodja tal-assi u servizzi ta' pagament, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom b'dan kollu li ġej:

(a)

in-natura u t-termini u kundizzjonijiet ta' dawk is-servizzi, inkluż referenzi għal-liġi nazzjonali applikabbli;

(b)

jekk dawk is-servizzi jiġux fornuti minnhom direttament jew minn parti terza.

Artikolu 10 2

2.   Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv iwettqu tranżazzjonijiet ta' pagament relatati ma' titoli trasferibbli u strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv, huma għandhom jiddepożitaw il-fondi għand waħda mill-entitajiet li ġejjin:

(a)

bank ċentrali; jew

(b)

istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 10 3

3.   It-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv offruti fuq pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, u li jistgħu jiġu rreġistrati f'kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ f'isem investitur jew li jistgħu jiġu konsenjati fiżikament lil kustodju, għandhom jinżammu f'kustodja mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew minn parti terza. Entità li tipprovdi servizzi ta' kustodja għandu jkollha awtorizzazzjoni f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew 2014/65/UE.

Artikolu 10 4

4.   Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' jipprovdi servizzi ta' pagament huwa stess jew permezz ta'parti terza dment li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv innifsu, jew il-parti terza, tkun fornitur ta' servizzi ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Artikolu 10 5

5.   Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jipprovdix, huwa stess jew permezz ta' parti terza, servizzi ta' pagament b'rabta mas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, dan il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jimplimenta u jżomm arranġamenti biex jiżgura li sidien il-proġett jaċċettaw il-finanzjament tal-proġetti ta' finanzjament kollettiv, jew kwalunkwe pagament ieħor, permezz biss ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.