5. Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jipprovdix, huwa stess jew permezz ta' parti terza, servizzi ta' pagament b'rabta mas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, dan il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jimplimenta u jżomm arranġamenti biex jiżgura li sidien il-proġett jaċċettaw il-finanzjament tal-proġetti ta' finanzjament kollettiv, jew kwalunkwe pagament ieħor, permezz biss ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366.