3. L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta' inadempjenza msemmija fil-paragrafu 1 tal-proġetti offruti fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal- Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.