6. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, għal kull investitur mhux sofistikat, għandhom jagħmlu rieżami tas-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 kull sena wara s-simulazzjoni inizjali li tkun saret f'konformità ma' dak il-paragrafu.
Investituri mhux sofistikati prospettivi u investituri mhux sofistikati m'għandhomx jinżammu milli jinvestu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv. L-investituri mhux sofistikati għandhom jirrikonoxxu li rċevew ir-riżultati tas-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.