+Artikolu 22 Perijodu ta' riflessjoni prekuntrattwali
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
---+Artikolu 22 5
---+Artikolu 22 6
---+Artikolu 22 7
|
Artikolu 22 Perijodu ta' riflessjoni prekuntrattwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1
|
1. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta ta' finanzjament kollettiv għandhom jibqgħu vinkolanti għal sid il-proġett mill-mument meta l-offerta ta' finanzjament kollettiv tkun elenkata fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv sa l-aktar kmieni minn dawn id-dati:
|
(a)
|
id-data ta' skadenza tal-offerta ta' finanzjament kollettiv imħabbra mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fil-mument tal-elenkar tal-offerta ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tiegħu; jew
|
|
(b)
|
id-data li fiha jintlaħaq l-għan ta' finanzjament fil-mira jew, fil-każ ta' firxa ta' finanzjament, meta jintlaħaq l-għan massimu ta' finanzjament fil-mira.
|
|
|
Artikolu 22 2
|
2. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jipprevedi perijodu ta' riflessjoni prekuntrattwali li matulu l-investitur mhux sofistikat prospettiv jista', fi kwalunkwe ħin, jirrevoka l-offerta tiegħu li jinvesti jew l-espressjoni ta' interess tiegħu fl-offerta ta' finanzjament kollettiv mingħajr ma jagħti raġuni u mingħajr ma jġarrab penali.
|
|
Artikolu 22 3
|
3. Il-perijodu ta' riflessjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda fil-mument tal-offerta ta' investiment jew tal-espressjoni ta' interess mill-investitur mhux sofistikat prospettiv, u għandu jiskadi wara erbat ijiem kalendarji.
|
|
Artikolu 22 4
|
4. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jżomm rekord tal-offerti ta' investiment u tal-espressjonijiet ta' interess li jirċievi, u tal-punt fiż-żmien meta jirċevihom.
|
|
Artikolu 22 5
|
5. Il-modalitajiet biex tiġi revokata offerta ta' investiment jew espressjoni ta' interess għandhom jinkludu mill-inqas l-istess modalitajiet li bihom l-investitur mhux sofistikat prospettiv jista' jagħmel offerta biex jinvesti jew espressjoni ta' interess f'offerta ta' finanzjament kollettiv
|
|
Artikolu 22 6
|
6. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jipprovdi informazzjoni preċiża, ċara u f'waqtha lill-investitur mhux sofistikat prospettiv dwar il-perijodu ta' riflessjoni u l-modalitajiet biex tiġi revokata offerta ta' investiment jew espressjoni ta' interess, inkluż mill-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
immedjatament qabel ma l-investitur mhux sofistikat prospettiv ikun jista' jikkomunika l-offerta tiegħu ta' investiment jew ta' espressjoni ta' interess, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv irid jinforma lill-investitur mhux sofistikat prospettiv bi:
|
(i)
|
il-fatt li l-offerta ta' investiment jew l-espressjoni ta' interess hija soġġetta għal perijodu ta' riflessjoni;
|
|
(ii)
|
it-tul ta' żmien tal-perijodu ta' riflessjoni;
|
|
(iii)
|
il-modalitajiet biex tiġi revokata l-offerta ta' investiment jew l-espressjoni ta' interess;
|
|
|
(b)
|
immedjatament wara li jkun irċieva l-offerta ta' investiment jew l-espressjoni ta' interess, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, permezz tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tiegħu, irid jinforma lill-investitur mhux sofistikat prospettiv li jkun beda l-perijodu ta' riflessjoni.
|
|
|
Artikolu 22 7
|
7. Fil-każ ta' ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self, dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-mandat ta' investiment inizjali mogħti mill-investitur mhux sofistikat u mhux għall-investimenti f'self speċifiku magħmul taħt dak il-mandat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|