8. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jitlob lil sid il-proġett biex jinnotifikah bi kwalunkwe bidla ta' informazzjoni sabiex l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tinżamm aġġornata f'kull ħin u għat-tul ta' żmien tal-offerta ta' finanzjament kollettiv. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jinforma immedjatament lill-investituri li jkunu għamlu offerta biex jinvestu jew ikunu esprimew interess fl-offerta ta' finanzjament kollettiv dwar kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment li tkun ġiet notifikata lilu.