15. Meta l-investituri prospettivi jingħataw skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imfassla f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u sidien il-proġett għandhom jitqiesu li ssodisfaw l-obbligu li jitfassal dokument bl-informazzjoni ewlenija f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħtu pariri dwar offerta ta' finanzjament kollettiv jew li jikkummerċjalizzawha.