+Artikolu 28 Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
---+Artikolu 28 3
---+Artikolu 28 4
---+Artikolu 28 5
---+Artikolu 28 6
---+Artikolu 28 7
---+Artikolu 28 8
|
Artikolu 28 Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu aġġornati fuq is-siti web tagħhom dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli li jissorveljaw il-konformità magħhom u l-infurzar tagħhom fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.
|
|
Artikolu 28 2
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u jipprovdu lill-ESMA b'sommarju ta' dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali.
|
|
Artikolu 28 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 u jipprovdu lill-ESMA mingħajr dewmien sommarju aġġornat tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 28 4
|
4. Fejn l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u għall-infurzar tagħhom, huma għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom l-informazzjoni ta' kuntatt rigward fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 28 5
|
5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki skont dan l-Artikolu.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 28 6
|
6. L-ESMA, fuq is-sit web tagħha, għandha tippubblika u żżomm is-sommarju msemmi fil-paragrafu 2 u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. L-ESMA ma għandhiex tinżamm responsabbli għall-informazzjoni ppreżentata fis-sommarju.
|
|
Artikolu 28 7
|
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu l-punti uniċi ta' kuntatt responsabbli li jipprovdu informazzjoni dwar regoli ta' kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.
|
|
Artikolu 28 8
|
8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, regolarment, u tal-anqas fuq bażi annwali, jirrapportaw lill-ESMA dwar l-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom li jkunu ħadu matul is-sena preċedenti abbażi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi:
|
(a)
|
fejn applikabbli, l-għadd totali ta' azzjonijiet ta' infurzar meħuda skont it-tip ta' mġieba ħażina;
|
|
(b)
|
fejn disponibbli, l-eżiti tal-azzjonijiet ta' infurzar, inkluż it-tipi ta' penali imposti jew ir-rimedji pprovduti mill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv; u
|
|
(c)
|
fejn disponibbli, eżempji ta' kif l-awtoritajiet kompetenti ttrattaw in-nuqqas tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jikkonformaw mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|