+Artikolu 30 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
---+Artikolu 30 6
---+Artikolu 30 7
|
Artikolu 30 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1
|
1. Sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat investigattivi li ġejjin:
|
(a)
|
li jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-partijiet terzi deżinjati biex iwettqu funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, u l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, biex jipprovdu informazzjoni u dokumenti;
|
|
(b)
|
li jeħtieġu li l-awdituri u l-maniġers tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, u tal-partijiet terzi deżinjati biex iwettqu funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, jipprovdu informazzjoni;
|
|
(c)
|
li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f'siti minbarra dawk tar-residenzi privati ta' persuni fiżiċi, u għal dak il-għan li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi pruvat ksur ta' dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 30 2
|
2. Sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji li ġejjin:
|
(a)
|
li jissospendu offerta ta' finanzjament kollettiv għal massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li kien hemm ksur ta' dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
li jipprojbixxu jew jissospendu l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew li jeħtieġu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv twaqqaf jew tissospendi l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, għal massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta' dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
li jipprojbixxu offerta ta' finanzjament kollettiv fejn jinstab illi sar ksur ta' dan ir-Regolament jew fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jkun ser isir ksur tiegħu;
|
|
(d)
|
li jissospendu jew li jirrikjedu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv rilevanti jissospendi, il-forniment servizzi ta' finanzjament kollettiv għal massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta' dan ir-Regolament;
|
|
(e)
|
li jipprojbixxu l-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv meta jsibu li dan ir-Regolament ikun ġie miksur;
|
|
(f)
|
li jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-fatt li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv qed jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom;
|
|
(g)
|
li jiddivulgaw, jew li jirrikjedu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tiddivulga, l-informazzjoni materjali kollha li jista' jkollha effett fuq il-forniment tas-servizz ta' finanzjament kollettiv sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investitur jew l-operazzjoni bla xkiel tas-suq;
|
|
(h)
|
li jissospendu, jew li jirrikjedu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tissospendi, il-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li s-sitwazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tkun tali li l-forniment tas-servizz ta' finanzjament kollettiv ikun ta' detriment għall-interessi tal-investituri;
|
|
(i)
|
li jittrasferixxu kuntratti eżistenti lil fornitur ieħor ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv f'każijiet fejn l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tiġi rtirata f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(1), soġġett għall-qbil tal-klijenti u tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv riċeventi.
|
Kwalunkwe miżura adottata fl-eżerċizzju tas-setgħat skont dan il-paragrafu għandha tkun proporzjonata, debitament ġustifikata u meħuda f'konformità mal-Artikolu 40.
|
|
Artikolu 30 3
|
3. Fejn meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 30 4
|
4. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li lilu jiġu ttrasferiti l-kuntratti eżistenti kif imsemmi fil-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun awtorizzat li jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv fl-istess Stat Membru fejn kien awtorizzat il-fornitur oriġinali ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.
|
|
Artikolu 30 5
|
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
|
(b)
|
f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;
|
|
(c)
|
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil tali awtoritajiet;
|
|
(d)
|
permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
|
Artikolu 30 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.
|
|
Artikolu 30 7
|
7. Persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-awtorità kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament m'għandhiex tkun ikkunsidrata li qed tikser kwalunkwe restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandha tkun soġġetta għal ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' tali notifika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|