+Artikolu 30 2
|
Artikolu 30 2
2. Sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji li ġejjin:
|
(a)
|
li jissospendu offerta ta' finanzjament kollettiv għal massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li kien hemm ksur ta' dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
li jipprojbixxu jew jissospendu l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew li jeħtieġu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv twaqqaf jew tissospendi l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, għal massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta' dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
li jipprojbixxu offerta ta' finanzjament kollettiv fejn jinstab illi sar ksur ta' dan ir-Regolament jew fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jkun ser isir ksur tiegħu;
|
|
(d)
|
li jissospendu jew li jirrikjedu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv rilevanti jissospendi, il-forniment servizzi ta' finanzjament kollettiv għal massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta' dan ir-Regolament;
|
|
(e)
|
li jipprojbixxu l-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv meta jsibu li dan ir-Regolament ikun ġie miksur;
|
|
(f)
|
li jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-fatt li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv qed jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom;
|
|
(g)
|
li jiddivulgaw, jew li jirrikjedu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tiddivulga, l-informazzjoni materjali kollha li jista' jkollha effett fuq il-forniment tas-servizz ta' finanzjament kollettiv sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investitur jew l-operazzjoni bla xkiel tas-suq;
|
|
(h)
|
li jissospendu, jew li jirrikjedu li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tissospendi, il-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li s-sitwazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tkun tali li l-forniment tas-servizz ta' finanzjament kollettiv ikun ta' detriment għall-interessi tal-investituri;
|
|
(i)
|
li jittrasferixxu kuntratti eżistenti lil fornitur ieħor ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv f'każijiet fejn l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tiġi rtirata f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(1), soġġett għall-qbil tal-klijenti u tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv riċeventi.
|
Kwalunkwe miżura adottata fl-eżerċizzju tas-setgħat skont dan il-paragrafu għandha tkun proporzjonata, debitament ġustifikata u meħuda f'konformità mal-Artikolu 40.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|