+Artikolu 31 Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4
---+Artikolu 31 5
---+Artikolu 31 6
---+Artikolu 31 7
---+Artikolu 31 8
---+Artikolu 31 9

Artikolu 31 Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw f'attivitajiet ta' investigazzjoni, superviżjoni u ta' infurzar.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f'konformità mal-Artikolu 39(1), li jistipulaw penali kriminali għall-ksur ta' dan ir-Regolament, huma għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri xierqa fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa kollha biex ikollhom kuntatt mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika marbuta ma' investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija fir-rigward tal-ksur ta' dan ir-Regolament, u biex jipprovdu l-istess informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħrajn kif ukoll lill-ESMA, sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 31 2

2.   Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba sabiex tikkoopera f'investigazzjoni biss fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a)

meta l-konformità mat-talba x'aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta' infurzar tagħha stess jew investigazzjoni kriminali;

(b)

meta proċeduri ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(c)

meta sentenza finali tkun diġà ngħatat fir-rigward ta' dawn il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 31 3

3.   L-Awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 31 4

4.   Awtorità kompetenti tista' titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward ta' spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-ESMA bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, din tista' tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(b)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;

(c)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(d)

taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;

(e)

taqsam kompiti speċifiċi relatati ma' attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Artikolu 31 5

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ESMA f'sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għall-kollaborazzjoni, b'mod partikolari għal skambju ta' informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, f'tali każijiet l-ESMA tista' taġixxi f'konformità mas-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 31 6

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta' dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet transġurisdizzjonali f'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' qbil.

Artikolu 31 7

7.   Meta awtorità kompetenti ssib li ma jkunx ġie sodisfatt kwalunkwe rekwiżit skont dan ir-Regolament jew ikollha raġuni biex temmen li dan huwa l-każ, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-entità jew tal-entitajiet issuspettati bit-tali ksur bis-sejbiet tagħha b'mod dettaljat biżżejjed.

Artikolu 31 8

8.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Mejju 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 31 9

9.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Mejju 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.