2. Meta, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tippersisti fil-ksur ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jiġu pprovduti s-servizzi ta' finanzjament kollettiv, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni u lill-ESMA, għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'dan mingħajr dewmien żejjed.