+Artikolu 39 2
|
Artikolu 39 2
2. L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:
|
(a)
|
stqarrija pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;
|
|
(b)
|
ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twaqqaf il-kondotta li tikkostitwixxi ksur u li ma tirrepetix dik il-kondotta;
|
|
(c)
|
projbizzjoni li tipprevjeni lil kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-persuna ġuridika responsabbli għall-ksur, jew lil kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta' ġestjoni f'fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;;
|
|
(d)
|
multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub permezz tal-ksur fejn dak il-benefiċċju jista' jiġi determinat, anki jekk jaqbeż l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (e);
|
|
(e)
|
fil-każ ta' persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas EUR 500 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Novembru 2020 jew sa 5 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali. Fejn il-persuna ġuridika tkun intrapriża prinċipali jew sussidjarja ta' intrapriża prinċipali li hi meħtieġa tipprepara d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' dħul f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-intrapriża prinċipali aħħarija;
|
|
(f)
|
fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta' mill-anqas ta' EUR 500 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Novembru 2020.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|