+Artikolu 39 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3

Artikolu 39 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu penali amministrattivi u li jieħdu miżuri amministrattivi oħra xierqa li għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom japplikaw tal-inqas għal:

(a)

il-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5, l-Artikolu 6(1) sa (6), l-Artikolu 7(1) sa (4), l-Artikolu 8(1) sa (6), l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 10, l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(2) u (3), l-Artikolu 16(1), l-Artikolu 18(1) u (4), l-Artikolu 19(1) sa (6), l-Artikolu 20(1) u (2), l-Artikolu 21(1) sa (7), l-Artikolu 22, l-Artikolu 23(2) sa (13), l-Artikoli 24, 25, 26 u l-Artikolu 27(1) sa (3);

(b)

nuqqas ta' kooperazzjoni jew konformità f'investigazzjoni jew ma' spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 30(1).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli għal penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għal ksur li jkun soġġetti għal penali kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

Sal-10 ta’ Novembru 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawn.

Artikolu 39 2

2.   L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

(a)

stqarrija pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twaqqaf il-kondotta li tikkostitwixxi ksur u li ma tirrepetix dik il-kondotta;

(c)

projbizzjoni li tipprevjeni lil kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-persuna ġuridika responsabbli għall-ksur, jew lil kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta' ġestjoni f'fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;;

(d)

multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub permezz tal-ksur fejn dak il-benefiċċju jista' jiġi determinat, anki jekk jaqbeż l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (e);

(e)

fil-każ ta' persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi ta' mill-inqas EUR 500 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Novembru 2020 jew sa 5 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali. Fejn il-persuna ġuridika tkun intrapriża prinċipali jew sussidjarja ta' intrapriża prinċipali li hi meħtieġa tipprepara d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' dħul f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-intrapriża prinċipali aħħarija;

(f)

fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta' mill-anqas ta' EUR 500 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Novembru 2020.

Artikolu 39 3

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu penali jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta' multi amministrattivi minn dawk previsti f'dan ir-Regolament, fir-rigward kemm ta' persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi responsabbli għall-ksur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.