+Artikolu 40 Eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u s-setgħat li jiġu imposti penali
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3

Artikolu 40 Eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u s-setgħat li jiġu imposti penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1

1.   Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta' penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għandhom jiġu imposti f'konformità mal-Artikolu 39, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn il-ksur huwiex intenzjonat jew jirriżultax minn negliġenza u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, fejn xieraq:

(a)

il-gravità u t-tul tal-ksur;

(b)

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sakemm dak ikun jista' jiġi determinat;

(f)

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat ċediment (“disgorgement”) tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(h)

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri.

Artikolu 40 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fl-Artikolu 39 f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2).

Artikolu 40 3

3.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom biex jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikolu 39, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom, u l-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li jimponu, ikunu effettivi u xierqa skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni u s-sovrappożizzjoni meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra f'każijiet transfruntiera.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.