+Artikolu 42 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
---+Artikolu 42 1
---+Artikolu 42 2
---+Artikolu 42 3
---+Artikolu 42 4

Artikolu 42 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1

1.   Deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħra għal ksur ta' dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-siti web uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet infurmata b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi għallinqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli. Dak l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta' natura investigatorja.

Artikolu 42 2

2.   Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet legali jew id-data tal-identità jew personali ta' persuni fiżiċi, tkun meqjusa mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b'każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali data, jew fejn din il-pubblikazzjoni tipperikola l-investigazzjoni li tkun għaddejja, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta penali jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi penali jew miżura fuq bażi anonima b'mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, fejn il-pubblikazzjoni anonima tista' tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi penali jew miżura fil-każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu bħala insuffiċjenti biex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu ta' natura minuri.

Fil-każ ta' deċiżjoni li tippubblika penali jew miżura fuq bażi anonima, kif imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi differita għal perijodu raġonevoli ta' żmien fejn huwa previst li f'dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima m'għandhomx jibqgħu jeżistu.

Artikolu 42 3

3.   Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta penali jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit web uffiċjali tagħhom tali informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' tali appell. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi penali jew miżura.

Artikolu 42 4

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni bi qbil ma' dan l-Artikolu għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perijodu ta' mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għal perijodu li jkun meħtieġ f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.