1. Deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħra għal ksur ta' dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-siti web uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet infurmata b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi għallinqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli. Dak l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta' natura investigatorja.