1. L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni aggregata rigward il-penali amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 39. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'rapport annwali.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f'konformità mal-Artikolu 39(1), li jiġu stabbiliti penali kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b'informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u l-penali kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar il-penali kriminali imposti f'rapport annwali.