|
+Artikolu 1 3. |
Artikolu 1 3.Din id-Direttiva ma tapplikax għal intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-assigurazzjoni hija komplimentarja għall-prodott jew is-servizz ipprovdut minn fornitur, fejn dik l-assigurazzjoni tkopri:
(i)
ir-riskju ta’ ħsara, telf jew dannu lill-prodott jew in-nuqqas ta’ użu tas-servizz ipprovdut minn dak il-fornitur; jew
(ii)
dannu, jew telf, ta’ bagalji u riskji oħra marbuta mal-ivvjaġġar ibbukkjat ma’ dak il-fornitur;
(b)
l-ammont tal-primjum imħallas għall-prodott tal-assigurazzjoni ma jaqbiżx EUR 600 ikkalkulat pro-rata fuq bażi annwali;
(c)
b’deroga mill-punt (b), meta l-assigurazzjoni hija komplementari għal servizz imsemmi fil-punt (a) u t-tul ta’ dak is-servizz huwa ta’ tliet xhur, jew inqas, l-ammont tal-primjum imħallas għal kull persuna ma jaqbiżx EUR 200. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|