+Artikolu 1
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
|
Artikolu 1
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Din id-Direttiva tippreskrivi r-regoli dwar il-bidu u t-twettiq tal-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Din id-Direttiva tapplika għal kull persuna fiżika jew ġuridika li hija stabbilita fi Stat Membru jew li tixtieq tistabbilixxi ruħha hemm sabiex tibda jew twettaq id-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Din id-Direttiva ma tapplikax għal intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-assigurazzjoni hija komplimentarja għall-prodott jew is-servizz ipprovdut minn fornitur, fejn dik l-assigurazzjoni tkopri:
(i)
ir-riskju ta’ ħsara, telf jew dannu lill-prodott jew in-nuqqas ta’ użu tas-servizz ipprovdut minn dak il-fornitur; jew
(ii)
dannu, jew telf, ta’ bagalji u riskji oħra marbuta mal-ivvjaġġar ibbukkjat ma’ dak il-fornitur;
(b)
l-ammont tal-primjum imħallas għall-prodott tal-assigurazzjoni ma jaqbiżx EUR 600 ikkalkulat pro-rata fuq bażi annwali;
(c)
b’deroga mill-punt (b), meta l-assigurazzjoni hija komplementari għal servizz imsemmi fil-punt (a) u t-tul ta’ dak is-servizz huwa ta’ tliet xhur, jew inqas, l-ammont tal-primjum imħallas għal kull persuna ma jaqbiżx EUR 200.
|
|
Artikolu 1 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-eżerċizzju tal-attività ta’ distribuzzjoni permezz ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari li huwa eżenti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 3, l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jiżgura li:
(a)
il-klijent jingħata informazzjoni, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar l-identità u l-indirizz tiegħu u dwar il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14, biex b’hekk il-klijenti u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jagħmlu lment;
(b)
ikun hemm arranġamenti adegwati u proporzjonati biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 17 u 24 u biex jitqiesu d-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijent qabel ma ssir il-proposta għall-kuntratt;
(c)
id-dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(5) ikun ipprovdut lill-klijent qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.
|
|
Artikolu 1 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw is-suq, inkluż is-suq għall-prodotti ta’ assigurazzjoni anċillari li huma kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa, fl-Istat Membru tagħhom, jew minnu. L-EIOPA tista’ tiffaċilita jew tikkoordina tali monitoraġġ.
|
|
Artikolu 1 6.
|
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni pprovduti b’rabta ma’ riskji u impenji li jinsabu barra l-Unjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni segwita minn impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni stabbiliti f’pajjiż terz u li joperaw fit-territorju tiegħu skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, dejjem jekk jiġi garantit trattament indaqs għall-persuni kollha li jeżerċitaw jew li jkunu awtorizzati li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni f’dak is-suq. Din id-Direttiva ma għandhiex tirregola attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni imwettqa f’pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħha d-distributuri tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tagħhom meta jistabbilixxu ruħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|