|
+Artikolu 1 4. |
Artikolu 1 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-eżerċizzju tal-attività ta’ distribuzzjoni permezz ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari li huwa eżenti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 3, l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jiżgura li:
(a)
il-klijent jingħata informazzjoni, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar l-identità u l-indirizz tiegħu u dwar il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14, biex b’hekk il-klijenti u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jagħmlu lment;
(b)
ikun hemm arranġamenti adegwati u proporzjonati biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 17 u 24 u biex jitqiesu d-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijent qabel ma ssir il-proposta għall-kuntratt;
(c)
id-dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(5) ikun ipprovdut lill-klijent qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|