|
+Artikolu 1 6. |
Artikolu 1 6.Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni pprovduti b’rabta ma’ riskji u impenji li jinsabu barra l-Unjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni segwita minn impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni stabbiliti f’pajjiż terz u li joperaw fit-territorju tiegħu skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, dejjem jekk jiġi garantit trattament indaqs għall-persuni kollha li jeżerċitaw jew li jkunu awtorizzati li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni f’dak is-suq. Din id-Direttiva ma għandhiex tirregola attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni imwettqa f’pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħha d-distributuri tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tagħhom meta jistabbilixxu ruħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|