|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.L-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari għandhom ikunu rreġistrati ma’ awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. L-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tagħhom, ma għandhomx jiġu mitluba jirreġistraw taħt din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-intermedjarji u korpi oħra jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fir-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u intermedjarji fl-assigurazzjoni anċillari u fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10. B’mod partikolari, intermedjarji tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni oħra jistgħu jkunu reġistrati minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew minn assoċjazzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti. Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jista’ jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarju ieħor. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor għandu r-responsabbiltà jiżgura li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragafu 6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor li huwa responsabbli għall-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jirreġistra lil dak l-intermedjarju jew intermedjarju anċillari. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-persuni kollha fiżiċi li jaħdmu f’intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari, u li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri jispeċifikaw l-ismijiet tal-persuni fiżiċi fi ħdan l-amministrazzjoni tad-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li huma responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. Ir-reġistri għandhom jindikaw ukoll l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju jwettaq in-negozju tiegħu skont ir-regoli tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|