+Artikolu 3 Reġistrazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.

Artikolu 3 Reġistrazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

L-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari għandhom ikunu rreġistrati ma’ awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tagħhom, ma għandhomx jiġu mitluba jirreġistraw taħt din id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-intermedjarji u korpi oħra jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fir-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u intermedjarji fl-assigurazzjoni anċillari u fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10.

B’mod partikolari, intermedjarji tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni oħra jistgħu jkunu reġistrati minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew minn assoċjazzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti.

Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jista’ jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarju ieħor. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor għandu r-responsabbiltà jiżgura li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragafu 6.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor li huwa responsabbli għall-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jirreġistra lil dak l-intermedjarju jew intermedjarju anċillari.

L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-persuni kollha fiżiċi li jaħdmu f’intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari, u li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri jispeċifikaw l-ismijiet tal-persuni fiżiċi fi ħdan l-amministrazzjoni tad-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li huma responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

Ir-reġistri għandhom jindikaw ukoll l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju jwettaq in-negozju tiegħu skont ir-regoli tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Artikolu 3 2.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn reġistru wieħed għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari sakemm jippreskrivu l-kriterji li skonthom l-intermedjarji għandhom ikunu reġistrati.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni onlajn. Dik is-sistema għandha tkun faċilment aċċessibbli u għandha tippermetti li l-formola ta’ reġistrazzjoni tkun tista’ timtela direttament onlajn.

Artikolu 3 3.
Fil-każ li jkun hemm aktar minn reġistru wieħed fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi punt ta’ informazzjoni uniku li jippermetti aċċess faċli u ta’ malajr għall-informazzjoni minn dawk ir-reġistri, li għandhom ikunu kompilati elettronikament u miżmuma aġġornati. Il-punt ta’ informazzjoni għandu jipprovdi wkoll id-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Artikolu 3 4.

L-EIOPA għandha tistabbilixxi, tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha, u żżomm aġġornat reġistru elettroniku uniku li jiġbor rekords tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw negozju transkonfinali skont il-Kapitolu III. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA fil-pront. Ir-reġistru għandu jkollu links għall-websajts tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, u għandu jkun aċċessibbli minn dawk il-websajts.

L-EIOPA għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess għad-data maħżuna fir-reġistru imsemmi fl-ewwel subparagrafu. L-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt jimmodifikaw tali data. Is-suġġetti tad-data li d-dettalji personali tagħhomhuma maħżuna fir-reġistru u skambjati għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għal tali data maħżuna u d-dritt li jkunu infurmati b’mod xieraq.

L-EIOPA għandha tistabbilixxi websajt b’hyperlinks għal kull punt uniku ta’ informazzjoni jew, fejn applikabbli, reġistru stabbilit mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3.

L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari tkun soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti stipulatii fl-Artikolu 10.

Il-validità tar-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari mill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10 jitneħħew mir-reġistru. Fejn applikabbli, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-Istat Membru ospitanti b’dik it-tneħħija.

Artikolu 3 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet mingħand intermedjarji għall-inklużjoni fir-reġistru jiġu ttrattati fi żmien tliet xhur mit-tressiq ta’ applikazzjoni kompluta, u li l-applikant jiġi nnotifikat bid-deċiżjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 3 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li ġejja tintalab bħala kundizzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari:

(a) 

l-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, ikunux persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni fl-intermedjarju li jaqbeż l-10 %, u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet;

(b) 

l-identità ta’ persuni li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju;

(c) 

informazzjoni li dawk il-parteċipazzjonijiet jew rabtiet mill-qrib ma jfixklux it-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni prevista taħt dan il-paragrafu.

Artikolu 3 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jċaħħdu r-reġistrazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom l-intermedjarju jkollu rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet li jinqalgħu fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, ifixklu t-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-istess awtoritajiet kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.