|
+Artikolu 3 4. |
Artikolu 3 4.L-EIOPA għandha tistabbilixxi, tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha, u żżomm aġġornat reġistru elettroniku uniku li jiġbor rekords tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw negozju transkonfinali skont il-Kapitolu III. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA fil-pront. Ir-reġistru għandu jkollu links għall-websajts tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, u għandu jkun aċċessibbli minn dawk il-websajts. L-EIOPA għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess għad-data maħżuna fir-reġistru imsemmi fl-ewwel subparagrafu. L-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt jimmodifikaw tali data. Is-suġġetti tad-data li d-dettalji personali tagħhomhuma maħżuna fir-reġistru u skambjati għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għal tali data maħżuna u d-dritt li jkunu infurmati b’mod xieraq. L-EIOPA għandha tistabbilixxi websajt b’hyperlinks għal kull punt uniku ta’ informazzjoni jew, fejn applikabbli, reġistru stabbilit mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari tkun soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti stipulatii fl-Artikolu 10. Il-validità tar-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari mill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10 jitneħħew mir-reġistru. Fejn applikabbli, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-Istat Membru ospitanti b’dik it-tneħħija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|