+Artikolu 6 Eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.

Artikolu 6 Eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkollu l-intenzjoni li jeżerċita l-libertà ta’ stabbiliment tiegħu billi jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, u jipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem, l-indirizz u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju;

(b) 

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu fejn l-intermedjarju qed jippjana li jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti;

(c) 

il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;

(d) 

il-klassijiet rilevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli;

(e) 

l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti mnejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(f) 

l-isem ta’ kwalunkwe persuna responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa jew tal-preżenza permanenti.

Kull preżenza permanenti ta’ intermedjarju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li hija ekwivalenti għal fergħa, għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal fergħa, sakemm l-intermedjarju ma jistabbilixxix b’mod leġittimu tali preżenza permanenti f’forma ġuridika oħra.

Artikolu 6 2.

Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhiex raġunijiet li tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura organizzattiva jew il-qagħda finanzjarja tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari, b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ distribuzzjoni fil-mira, għandha tikkomunika dik l-informazzjoni fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika li tkun irċevietha mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tikkomunika d-dispożizzjonijiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 11(1) permezz tal-modi msemmija fl-Artikolu 11(3) u (4) li huma applikabbli fit-territorju tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-intermedjarju u jinforma l-intermedjarju li jkun jista’ jibda bin-negozju tiegħu fl-Istat Membru ospitanti jekk ikun jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet ġuridiċi.

Fejn ma tasal l-ebda komunikazzjoni fi żmien il-perjodu previst fit-tieni subparagrafu, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jista’ jistabbilixxi l-fergħa u jibda n-negozju tiegħu.

Artikolu 6 3.

Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda tagħha lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.

Rifjut kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe nuqqas mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal dritt ta’ appell fil-qrati tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Artikolu 6 4.
Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b’dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli prattikament tkun tista’, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.