+Artikolu 10 2.

Artikolu 10 2.

L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, kif ukoll l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti għal taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu, sabiex ikunu jistgħu jżommu livell adegwat ta’ prestazzjoni li jikkorrispondi mar-rwol li jaqdu u s-suq rilevanti.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri tad-domiċilju għandu jkollhom stabbiliti u jippubblikaw mekkaniżmi biex jikkontrollaw b’mod effikaċi u jivvalutaw l-għarfien u l-kompetenza tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, abbażi mill-anqas ta’ 15-il siegħa taħriġ jew żvilupp professjonali fis-sena, filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti mibjugħa, it-tip ta’ distributur, ir-rwol li għandhom, u l-attività li jeżerċitaw fi ħdan id-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

L-Istati Membri tad-domiċilju jistgħu jitolbu li tingħata prova tat-tmiem b’suċċess tar-rekwiżiti ta’ taħriġ u żvilupp permezz tal-għoti ta’ ċertifikat.

L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kundizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-kapaċità b’konformità mal-attività partikulari tad-distributuri tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-prodotti mqassma, partikolarment fil-każ ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li fil-każi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u fir-rigward tal-impjegati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni involuti fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, l-impriża jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jivverifika li l-għarfien u l-kapaċità tal-intermedjarji huma f’konformità mal-obbligazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, għandu jipprovdi lil dawk l-intermedjarji b’taħriġ jew mezzi għall-iżvilupp professjonali li jikkorrispondi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prodotti mibjugħa mill-intermedjarji.

L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, madanakollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti fi ħdan l-istruttura ta’ amministrazzjoni ta’ dawn l-impriżi li huma responsabbli għad-distribuzzjoni fir-rigward ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u l-persuni l-oħra kollha direttament involuti f’distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni juru l-għarfien u l-kapaċità meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom juru li huma konformi mar-rekwiżiti dwar l-għarfien professjonali u l-kompetenza rilevanti stabbilit fl-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.