+Artikolu 10 Rekwiżiti professjonali u organizzattivi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.

Artikolu 10 Rekwiżiti professjonali u organizzattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li d-distributuri tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollhom l-għarfien u l-kapaċità xierqa biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom b’mod adegwat.
Artikolu 10 2.

L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, kif ukoll l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti għal taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu, sabiex ikunu jistgħu jżommu livell adegwat ta’ prestazzjoni li jikkorrispondi mar-rwol li jaqdu u s-suq rilevanti.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri tad-domiċilju għandu jkollhom stabbiliti u jippubblikaw mekkaniżmi biex jikkontrollaw b’mod effikaċi u jivvalutaw l-għarfien u l-kompetenza tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, abbażi mill-anqas ta’ 15-il siegħa taħriġ jew żvilupp professjonali fis-sena, filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti mibjugħa, it-tip ta’ distributur, ir-rwol li għandhom, u l-attività li jeżerċitaw fi ħdan id-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.

L-Istati Membri tad-domiċilju jistgħu jitolbu li tingħata prova tat-tmiem b’suċċess tar-rekwiżiti ta’ taħriġ u żvilupp permezz tal-għoti ta’ ċertifikat.

L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kundizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-kapaċità b’konformità mal-attività partikulari tad-distributuri tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-prodotti mqassma, partikolarment fil-każ ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li fil-każi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u fir-rigward tal-impjegati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni involuti fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, l-impriża jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jivverifika li l-għarfien u l-kapaċità tal-intermedjarji huma f’konformità mal-obbligazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, għandu jipprovdi lil dawk l-intermedjarji b’taħriġ jew mezzi għall-iżvilupp professjonali li jikkorrispondi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prodotti mibjugħa mill-intermedjarji.

L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, madanakollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti fi ħdan l-istruttura ta’ amministrazzjoni ta’ dawn l-impriżi li huma responsabbli għad-distribuzzjoni fir-rigward ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u l-persuni l-oħra kollha direttament involuti f’distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni juru l-għarfien u l-kapaċità meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom juru li huma konformi mar-rekwiżiti dwar l-għarfien professjonali u l-kompetenza rilevanti stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 10 3.

Persuni fiżiċi li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettaq distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandu jkollhom reputazzjoni tajba. Bħala minimu, għandu jkollhom kondotta kriminali nadifa jew xi ekwivalent nazzjonali ieħor b’relazzjoni ma’ offiżi kriminali serji marbuta ma’ reati kontra l-proprjetà jew reati oħra marbuta ma’ attivitajiet finanzjarji, u ma jridux ikunu ġew dikjarati falluti fil-passat, sakemm ma jkunux ġew riabilitati skont il-liġi nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), jippermettu li distributur tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jivverifika r-reputazzjoni tajba tal-impjegati tiegħu, u fejn xieraq, tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiegħu.

L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, sakemm dawk il-persuni fiżiċi ma jkunux involuti direttament fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fi ħdan l-istruttura tal-amministrazzjoni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll il-persunal kollu involut direttament fiha jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

Fir-rigward tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 10 4.
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Unjoni jew xi garanzija oħra komparabbli kontra responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali, għal tal-anqas EUR 1 564 610 applikabbli għal kull pretensjoni u aggregat ta’ EUR 2 315 610 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha, sakemm dik l-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli ma tkunx diġà pprovduta minn impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża oħra li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni qiegħed jaġixxi għan-nom tagħha jew li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollu s-setgħa li jaġixxi għaliha jew dik l-impriża tkun assumiet ir-responsabbiltà sħiħa għall-azzjonijiet tal-intermedjarju.
Artikolu 10 5.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari jkollhom assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali jew garanziji kumparabbli f’livell stabbilit mill-Istati Membri filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti mibjugħa u l-attività mwettqa.
Artikolu 10 6.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-klijenti kontra l-inabbiltà tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jittrasferixxi l-primjum ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew li jittrasferixxi l-ammont ta’ pretensjoni jew jirritorna l-primjum lill-persuna assigurata.

Dawk il-miżuri għandu jkollhom xi waħda jew aktar mill-forom li ġejjin:

(a) 

dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi jew kuntratt li skonthom flus imħallsa mill-klijent lill-intermedjarju jitqiesu bħala mħallsa lill-impriża, filwaqt li flus imħallsa mill-impriża lill-intermedjarju ma jitqisux li tħallsu lill-klijent sa ma l-klijent ikun effettivament irċevihom;

▼M4

(b) 

rekwiżit li l-intermedjarju jkollu kapaċità finanzjarja li tammonta, fuq bażi permanenti, għal 4 % tas-somma tal-primjums annwali li jirċievi, soġġett għal minimu ta’ EUR 23 480 ;

▼B

(c) 

rekwiżit li l-flus tal-klijenti jiġu trasferiti permezz ta’ kontijiet tal-klijenti strettament segregati u li dawk il-kontijiet ma jintużawx għar-rimborż ta’ kredituri oħra fil-każ ta’ falliment;

(d) 

rekwiżit li jiġi stabbilit fond ta’ garanzija.

Artikolu 10 7.

L-EIOPA għandha tirrevedi regolarment l-ammonti msemmija fil-paragrafi 4 u 6 sabiex jittieħed kont tal-bidliet tal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. L-ewwel reviżjoni għandha ssir sal-31 ta’ Diċembru 2017 u r-reviżjonijiet suċċessivi għandhom isiru kull ħames snin wara dan.

L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammont bażi f’euro msemmi fil-paragrafi 4 u 6 bil-perċentwal tal-bidla fl-indiċi msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017 jew bejn id-data tal-aħħar reviżjoni u d-data tar-reviżjoni l-ġdida, aġġustat sal-eqreb multiplu ta’ EUR 10.

L-EIOPA għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2018 u l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji suċċessivi kull ħames snin wara dan.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 10 8.

Biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japprovaw, jimplimentaw u jirrevedu regolarment il-politiki interni tagħhom u l-proċeduri interni xierqa.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jidentifikaw funzjoni biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki u l-proċeduri approvati.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jistabbilixxu, iżommu u jaġġornaw ir-rekords tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha rigward l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli l-isem tal-persuna responsabbli għal dik il-funzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.