|
+Artikolu 10 3. |
Artikolu 10 3.Persuni fiżiċi li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettaq distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandu jkollhom reputazzjoni tajba. Bħala minimu, għandu jkollhom kondotta kriminali nadifa jew xi ekwivalent nazzjonali ieħor b’relazzjoni ma’ offiżi kriminali serji marbuta ma’ reati kontra l-proprjetà jew reati oħra marbuta ma’ attivitajiet finanzjarji, u ma jridux ikunu ġew dikjarati falluti fil-passat, sakemm ma jkunux ġew riabilitati skont il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), jippermettu li distributur tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jivverifika r-reputazzjoni tajba tal-impjegati tiegħu, u fejn xieraq, tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiegħu. L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, sakemm dawk il-persuni fiżiċi ma jkunux involuti direttament fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fi ħdan l-istruttura tal-amministrazzjoni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll il-persunal kollu involut direttament fiha jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Fir-rigward tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|