+Artikolu 20 Konsulenza, u standards għall-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.
---+Artikolu 20 9.

Artikolu 20 Konsulenza, u standards għall-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jispeċifika, fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-klijent, id-domandi u l-bżonnijiet ta’ dak il-klijent u għandu jipprovdi lill-klijent b’informazzjoni oġġettiva dwar il-prodott tal-assigurazzjoni f’forma komprensibbli biex dak il-klijent ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata.

Kwalunkwe kuntratt propost għandu jkun konsistenti mad-domandi u l-bżonnijiet tal-assigurazzjoni tal-klijent.

Fejn huwa pprovdut parir qabel il-konklużjoni ta’ xi kuntratt speċifiku, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi lill-klijent b’rakkomandazzjoni personalizzata li tispjega għaliex prodott partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod id-domandi u l-bżonnijiet tal-klijent.

Artikolu 20 2.
Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu modulati skont il-kumplessità tal-prodott ta’ assigurazzjoni li jkun ġie propost u t-tip ta’ klijent.
Artikolu 20 3.
Fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jinforma lill-klijent li jagħti l-parir tiegħu fuq il-bażi ta’ analiżi ġusta u personali, huwa għandu jagħti l-parir fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ numru kbir biżżejjed ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq, biex ikun permess lilu li jagħmel rakkomandazzjoni personali, skont il-kriterji professjonali, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni li tkun adegwata biex tilħaq il-ħtiġiet tal-klijent.
Artikolu 20 4.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 183 u 184 tad-Direttiva 2009/138/KE, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, jingħatax jew le parir u irrispettivament minn jekk il-prodott tal-assigurazzjoni huwiex parti minn pakkett skont l-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi lill-klijent bl-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni, f’forma li tinftiehem, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità tal-prodott tal-assigurazzjoni u t-tip ta’ klijent.
Artikolu 20 5.
Fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja kif imniżżel fl-Anness I għad-Direttiva 2009/138/KE, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni standardizzata fuq karta jew mezz durabbli ieħor.
Artikolu 20 6.
Id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jitfassal mill-produttur tal-prodott ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja.
Artikolu 20 7.

Id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu:

(a) 

ikun qasir u dokument waħdieni;

(b) 

għandu jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun ċar u faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;

(c) 

ikun jinqara bl-istess mod fil-każ li minħabba li jkun oriġinarjament ġie prodott bil-kulur, jiġi stampat jew fotokopjat bl-abjad u l-iswed;

(d) 

jinkiteb fil-lingwi uffiċjali, jew f’wieħed mil-lingwi uffiċjali, użat fil-parti tal-Istat Membru fejn il-prodott tal-assigurazzjoni huwa offrut jew, jekk ikun hemm qbil mill-konsumatur u d-distributur, f’lingwa oħra;

(e) 

ikun preċiż u mhux qarrieqi;

(f) 

ikun fih it-titlu “dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni” fil-parti ta’ fuq tal-ewwel paġna;

(g) 

jinkludi dikjarazzjoni li l-informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali kompluta dwar il-prodott tkun ipprovduta f’dokumenti oħrajn.

L-Istati Membri jista’ jistipula li d-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu jingħata flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont atti leġiżlattivi oħrajn tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti kollha stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati.

Artikolu 20 8.

Id-dokument bl-informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

informazzjoni dwar it-tip ta’ assigurazzjoni;

(b) 

sommarju tal-kopertura tal-assigurazzjoni, inklużi r-riskji ewlenin assigurati, is-somma assigurata u, fejn ikun applikabbli, l-ambitu ġeografiku u sommarju tar-riskji esklużi;

(c) 

il-mezzi ta’ pagament ta’ primjums u t-tul ta’ żmien tal-pagamenti;

(d) 

l-esklużjonijiet ewlenin fejn il-pretensjonijiet ma jistgħux isiru;

(e) 

l-obbligi fil-bidu tal-kuntratt;

(f) 

l-obbligi tul l-perjodu tal-kuntratt;

(g) 

l-obbligi fil-każ li ssir pretensjoni;

(h) 

il-perjodu tal-kuntratt inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt;

(i) 

il-mezzi biex jispiċċa l-kuntratt.

Artikolu 20 9.

L-EIOPA, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar tal-konsumatur, għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward format ta’ preżentazzjoni standardizzata tad-dokument bl-informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.

L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-23 ta' Frar 2017.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.