|
+Artikolu 20 7. |
Artikolu 20 7.Id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu:
(a)
ikun qasir u dokument waħdieni;
(b)
għandu jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun ċar u faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;
(c)
ikun jinqara bl-istess mod fil-każ li minħabba li jkun oriġinarjament ġie prodott bil-kulur, jiġi stampat jew fotokopjat bl-abjad u l-iswed;
(d)
jinkiteb fil-lingwi uffiċjali, jew f’wieħed mil-lingwi uffiċjali, użat fil-parti tal-Istat Membru fejn il-prodott tal-assigurazzjoni huwa offrut jew, jekk ikun hemm qbil mill-konsumatur u d-distributur, f’lingwa oħra;
(e)
ikun preċiż u mhux qarrieqi;
(f)
ikun fih it-titlu “dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni” fil-parti ta’ fuq tal-ewwel paġna;
(g)
jinkludi dikjarazzjoni li l-informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali kompluta dwar il-prodott tkun ipprovduta f’dokumenti oħrajn. L-Istati Membri jista’ jistipula li d-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu jingħata flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont atti leġiżlattivi oħrajn tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti kollha stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|