+Artikolu 23 Kundizzjonijiet ta’ informazzjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.

Artikolu 23 Kundizzjonijiet ta’ informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 18, 19, 20 u 29 għandha tiġi kkomunikata lill-klijent:

(a) 

fuq il-karta;

(b) 

b’mod ċar u preċiz, li jiftiehem mill-klijent;

(c) 

f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab ir-riskju, jew tal-Istat Membru tal-impenn, jew f’xi lsien ieħor miftiehem bejn il-partijiet; u

(d) 

bla ħlas.

Artikolu 23 2.

B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta lill-konsumatur fuq mezz minn dawn li ġejjin:

(a) 

mezz durabbli, għajr il-karta, fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati; jew

(b) 

websajt, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati.

Artikolu 23 3.
Madankollu, fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tiġi pprovduta bl-użu ta’ mezz durabbli għajr il-karta jew permezz ta’ websajt, għandha tingħata kopja fuq il-karta lill-klijent fuq talba tiegħu u mingħajr ħlas.
Artikolu 23 4.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta bl-użu ta’ mezz durabbli għajr il-karta, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-użu tal-mezz durabbli huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent; u

(b) 

il-klijent ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni fuq il-karta u fuq mezz durabbli, u jkun għażel dak il-mezz tal-aħħar.

Artikolu 23 5.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ websajt jekk tkun indirizzata personalment lill-klijent, jew jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-għoti ta’ dik l-informazzjoni permezz ta’ websajt huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent;

(b) 

il-klijent ikun qabel li dik l-informazzjoni tingħata permezz ta’ websajt;

(c) 

il-klijent ikun ġie notifikat b’mod elettroniku bl-indirizz tal-websajt, u bil-paġna tal-istess websajt minn fejn jista’ jsir l-aċċess għal dik l-informazzjoni;

(d) 

jiġi żgurat li dik l-informazzjoni tibqa’ aċċessibbli fuq il-websajt tul perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih il-konsumatur jista’ jkollu bżonn jikkonsultha.

Artikolu 23 6.
Għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-għoti ta’ informazzjoni bl-użu ta’ mezz durabbli għajr il-karta jew permezz ta’ websajt għandu jitqies xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent, jekk ikun hemm evidenza li l-klijent ikollu aċċess regolari għall-Internet. L-għoti mill-klijent ta’ indirizz tal-posta elettronika għall-finijiet tal-istess negozju għandu jitqies bħala tali evidenza.
Artikolu 23 7.
Fil-każ ta’ bejgħ bit-telefon, l-informazzjoni mogħtija lill-klijent mid-distributur tal-assigurazzjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkluż id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandha tingħata skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-kummerċjalizzazzjoni minn distanza ta’ servizzi finanzjarji lill-konsumatur. Barra minn hekk, anki jekk il-klijent ikun għażel li jakkwista l-informazzjoni minn qabel fuq mezz durabbliieħor apparti fuq karta skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mid-distributur tal-assigurazzjoni lill-klijent skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 minnufih wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.