|
+Artikolu 29 3. |
Artikolu 29 3.L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar rigorużi fuq id-distributuri fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu aktar l-offerta jew l-aċċettazzjoni ta’ tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux fi flus minn partijiet terzi b’rabta mal-għoti ta’ konsulenza dwar assigurazzjoni. Rekwiżiti aktar rigorużi jistgħu jinkludu l-obbligu li kull tali tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux fi flus jintradd lura lill-klijenti jew jiġi bbilanċjat b’tariffi mħallsa mill-klijent. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-parir imsemmi fl-Artikolu 30 mandatorju għall-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, jew għal ċerti tipi tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li, fejn intermedjarju tal-assigurazzjoni jgħarraf lill-klijent li l-konsulenza tkun qiegħda tingħata b’mod indipendenti, l-intermedjarju għandu jivvaluta għadd kbir biżżejjed ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq li jkunu ddiversifikati biżżejjed fir-rigward tat-tip tagħhom u l-fornituri tal-prodott sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod adatt u ma jiġux limitati għall-prodotti tal-assigurazzjoni maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kollha għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar rigorużi ta’ Stat Membru, inkluż dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li jkollhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom f’dak l-Istat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|