+Artikolu 30 3.

Artikolu 30 3.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), fejn ma tingħata l-ebda konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li tippermetti l-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fit-territorji tagħhom mingħajr il-bżonn li jakkwistaw informazzjoni jew li jagħmlu d-determinazzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-attivitajiet jirreferu għal waħda minn dawn il-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li ġejjin:

(i) 

kuntratti li jipprovdu biss l-esponiment tal-investiment għall-istrumenti finanzjarji meqjusa mhux kumplessi skont id-Direttiva 2014/65/UE u ma jinkorporawx struttura li tagħmilha diffiċli għall-konsumatur li jifhem ir-riskji involuti; jew

(ii) 

investimenti oħra bbażati fuq l-assigurazzjoni mhux kumplessi għall-fini ta’ dan il-paragrafu;

(b) 

l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni titwettaq fuq inizjattiva tal-klijent jew klijent potenzjali;

(c) 

il-klijent jew klijent potenzjali jkunu ġew informati b’mod ċar, li fl-għoti tal-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni, l-intermedjarji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni mhumiex meħtieġa jivvalutaw kemm huma xierqa l-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni provduti jew offruti u li l-klijent jew il-klijent potenzjali ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet. Tali twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat;

(d) 

l-intermedjarju jew l-impriża ta’ assigurazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 27 u 28.

L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kollha, inklużi dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li għandhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru li ma jagħmilx użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli f’dak l-Istat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.