+Artikolu 31 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
|
Artikolu 31 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra applikabbli għall-ksur kollu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri oħra tagħhom ikunu effiċjenti, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi taħt din id-Direttiva għal ksur li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom. F’tali każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.
|
|
Artikolu 31 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom, inklużi s-setgħat investigattivi u s-setgħat li jimponu sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu, skont il-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom b’xi wieħed mill-modi li ġejjin:
(b)
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
(c)
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
Artikolu 31 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għad-distributuri tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, fil-każ ta’ ksur ta’ tali obbligu, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet kontra, u miżuri oħra fir-rigward ta’,membri tal-korp maniġerjali jew superviżorju tagħhom, u fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li, skont il-liġi nazzjonali, tkun responsabbli għal tali ksur.
|
|
Artikolu 31 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri l-oħra meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell.
|
|
Artikolu 31 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet u miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali, filwaqt li jiżguraw li l-kundizzjonijiet huma ssodisfati għall-ipproċessar tad-data leġittima skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex:
(a)
jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fit-territorju tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli taħt din id-Direttiva; u
(b)
jipprovdu tali informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-EIOPA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhomli jikkooperaw ma’ xulxin u mal-EIOPA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|