|
+Artikolu 31 6. |
Artikolu 31 6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet u miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali, filwaqt li jiżguraw li l-kundizzjonijiet huma ssodisfati għall-ipproċessar tad-data leġittima skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex:
(a)
jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fit-territorju tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli taħt din id-Direttiva; u
(b)
jipprovdu tali informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-EIOPA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhomli jikkooperaw ma’ xulxin u mal-EIOPA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|