+Artikolu 6 Assi ta’ kopertura eliġibbli
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.

Artikolu 6 Assi ta’ kopertura eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bonds koperti f’kull ħin ikunu ggarantiti:

(a) 

b’assi li huma eliġibbli skont l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1a sa 3 tal-Artikolu 129 ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

b’assi ta’ kopertura ta’ kwalità għolja li jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed toħroġ il-bonds koperti jkollha pretensjoni għall-pagament kif stabbilit fil-paragrafu 2 u li jkunu ggarantiti b’assi kollaterali kif stabbilit fil-paragrafu 3; jew

(c) 

b’assi fil-forma ta’ self lil impriżi pubbliċi jew garantiti minnhom, soġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6 2.

Il-pretensjoni għall-pagament imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti legali li ġejjin:

(a) 

l-assi jirrappreżentaw pretensjoni għall-pagament ta’ flejjes li jkollha valur minimu li jista’ jiġi ddeterminat f’kull ħin, li tkun legalment valida u infurzabbli, li ma tkunx soġġetta għal kundizzjonijiet għajr il-kundizzjoni li l-pretensjoni timmatura f’data futura, u li tkun garantita b’ipoteka, obbligu, rahan jew garanzija oħra;

(b) 

is-self ipotekarju, l-obbligu, ir-rahan jew garanzija oħra li jiggarantixxu l-pretensjoni għall-pagament ikunu infurzabbli;

(c) 

ir-rekwiżiti legali kollha għall-istabbiliment tas-self ipotekarju, l-obbligu, ir-rahan jew il-garanzija li jiggarantixxu l-pretensjoni għall-pagament jkunu ġew issodisfati;

(d) 

is-self ipotekarju, l-obbligu, ir-rahan jew garanzija oħra li jiggarantixxu l-pretensjoni għall-pagament jippermettu lill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti li tirkupra l-valur tal-pretensjoni mingħajr dewmien żejjed.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jivvalutaw l-eżekutorjetà tal-pretensjonijiet għall-pagament u l-kapaċità ta’ realizzazzjoni ta’ assi kollaterali qabel ma jinkluduhom fl-aggregazzjoni ta’ kopertura.

Artikolu 6 3.

L-assi kollaterali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għal assi kollaterali fiżiċi, jeżistu standards ta’ valutazzjoni li huma ġeneralment aċċettati fost l-esperti u li huma xierqa għall-assi kollaterali fiżiċi kkonċernati u jeżisti reġistru pubbliku li jirreġistra s-sjieda ta’, u l-pretensjonijiet fuq, dawk l-assi kollaterali fiżiċi; jew

(b) 

għal assi fil-forma ta’ skoperturi, is-sikurezza u s-solidità tal-kontroparti tal-iskopertura hija implikata b’setgħat ta’ ġbir tat-taxxa jew billi tiġi soġġetta għal superviżjoni pubblika kontinwa tas-sodezza operazzjonali u s-solvenza finanzjarja tal-kontroparti.

L-assi kollaterali fiżiċi msemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkontribwixxu għall-kopertura ta’ obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert sal-inqas ammont tal-ammont prinċipali tar-rhuna li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe rahan preċedenti u 70 % tal-valur ta’ dawk l-assi kollaterali fiżiċi. L-assi kollaterali fiżiċi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jiggarantixxu assi kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jenħtieġu li jikkonformaw mal-limitu ta’ 70 % jew mal-limiti tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fejn, għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma jeżisti l-ebda reġistru pubbliku għal assi kollaterali fiżiku partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal forma alternattiva ta’ ċertifikazzjoni tas-sjieda ta’, u pretensjonijiet fuq, dak l-assi kollaterali fiżiku, sa fejn dik il-forma ta’ ċertifikazzjoni tipprovdi protezzjoni li tkun komparabbli mal-protezzjoni pprovduta minn reġistru pubbliku fis-sens li jippermetti lill-partijiet terzi interessati, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, jaċċessaw informazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-assi kollaterali fiżiku gravat, l-attribuzzjoni ta’ sjieda, id-dokumentazzjoni u l-attribuzzjoni ta’ gravami u l-infurzabbiltà ta’ interessi ta’ garanzija.

Artikolu 6 4.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, il-bonds koperti ggarantiti minn self lill-impriżi pubbliċi jew garantiti minnhom bħala assi primarji għandhom ikunu soġġetti għal livell minimu ta’ 10 % ta’ sovrakollateralizzazzjoni u għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-impriżi pubbliċi jipprovdu servizzi pubbliċi essenzjali fuq il-bażi ta’ liċenzja, kuntratt ta’ konċessjoni jew forma oħra ta’ inkarigu mogħti minn awtorità pubblika;

(b) 

l-impriżi pubbliċi jkunu suġġetti għal superviżjoni pubblika;

(c) 

l-impriżi pubbliċi jkollhom biżżejjed setgħat ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul, li jkunu żgurati mill-fatt li tali impriżi pubbliċi:

(i) 

jkollhom flessibbiltà adegwata biex jiġbru u jżidu miżati, tariffi u pagamenti riċevibbli għas-servizz ipprovdut sabiex jiżguraw is- solidità finanzjarja u s-solvenza tagħhom,

(ii) 

jirċievu biżżejjed għotjiet fuq bażi statutorja sabiex jiżguraw is-solidità finanzjarja u s-solvenza tagħhom bi skambju għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi essenzjali, jew

(iii) 

jkunu daħlu fi ftehim ta’ trasferiment ta’ qligħ u telf ma’ awtorità pubblika.

Artikolu 6 5.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-metodoloġija u l-proċess għall-valutazzjoni tal-assi kollaterali fiżiċi li jiggarantixxu assi kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. Dawk ir-regoli għandhom tal-anqas jiżguraw dan li ġej:

(a) 

għal kull assi kollaterali fiżiku, li tkun teżisti valutazzjoni kurrenti fil-valur, jew anqas, tas-suq jew fil-valur, jew anqas, tas-self ipotekarju fil-mument tal-inklużjoni tal-assi tal-kopertura fl-aggregazzjoni ta’ kopertura;

(b) 

li l-valutazzjoni ssir minn valutatur li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa; u

(c) 

li l-valutatur ikun indipendenti mill-proċess ta’ deċiżjoni ta’ kreditu, ma jikkunsidrax l-elementi spekulattivi fil-valutazzjoni tal-valur tal-assi kollaterali fiżiku, u jiddokumenta l-valur tal-assi kollaterali fiżiku b’mod trasparenti u ċar.

Artikolu 6 6.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jimmonitorjaw li l-assi kollaterali fiżiċi jiggarantixxu assi kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkunu assigurati b’mod adegwat kontra r-riskju ta’ ħsara u li l-pretensjoni tal-assigurazzjoni tiġi segregata f’konformità mal-Artikolu 12.
Artikolu 6 7.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jiddokumentaw l-assi ta’ kopertura msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u l-konformità tal-politiki tagħhom tas-self mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu dan l-Artikolu.
Artikolu 6 8.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jiżguraw id-diversifikazzjoni tar-riskju fl-aggregazzjoni tal-kopertura fir-rigward tal-granularità u l-konċentrazzjoni materjali għal assi li mhumiex eliġibbli taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.