|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.Il-pretensjoni għall-pagament imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti legali li ġejjin:
(a)
l-assi jirrappreżentaw pretensjoni għall-pagament ta’ flejjes li jkollha valur minimu li jista’ jiġi ddeterminat f’kull ħin, li tkun legalment valida u infurzabbli, li ma tkunx soġġetta għal kundizzjonijiet għajr il-kundizzjoni li l-pretensjoni timmatura f’data futura, u li tkun garantita b’ipoteka, obbligu, rahan jew garanzija oħra;
(b)
is-self ipotekarju, l-obbligu, ir-rahan jew garanzija oħra li jiggarantixxu l-pretensjoni għall-pagament ikunu infurzabbli;
(c)
ir-rekwiżiti legali kollha għall-istabbiliment tas-self ipotekarju, l-obbligu, ir-rahan jew il-garanzija li jiggarantixxu l-pretensjoni għall-pagament jkunu ġew issodisfati;
(d)
is-self ipotekarju, l-obbligu, ir-rahan jew garanzija oħra li jiggarantixxu l-pretensjoni għall-pagament jippermettu lill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti li tirkupra l-valur tal-pretensjoni mingħajr dewmien żejjed. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jivvalutaw l-eżekutorjetà tal-pretensjonijiet għall-pagament u l-kapaċità ta’ realizzazzjoni ta’ assi kollaterali qabel ma jinkluduhom fl-aggregazzjoni ta’ kopertura. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|