+Artikolu 11 Kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 Kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jippermettu l-inklużjoni ta’ kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura biss meta jiġu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-kuntratti tad-derivattivi jkunu inklużi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura esklussivament għal finijiet ta’ hedging kontra r-riskju, il-volum tagħhom jiġi aġġustat fil-każ ta’ tnaqqis fir-riskju iħħeġġjat u jitneħħew meta r-riskju ħħeġġjat ma jibqax jeżisti;

(b) 

il-kuntratti tad-derivattivi jkunu dokumentati biżżejjed;

(c) 

il-kuntratti tad-derivattivi jkunu ssegregati f’konformità mal-Artikolu 12;

(d) 

il-kuntratti tad-derivattivi ma jkunux jistgħu jiġu terminati f’każ ta’ insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li ħarġet il-bonds koperti;

(e) 

il-kuntratti tad-derivattivi jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 11 2.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli għal kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw:

(a) 

il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-kontropartijiet tal-hedging;

(b) 

id-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tingħata relattivament għall-kuntratti tad-derivattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.