|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jippermettu l-inklużjoni ta’ kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura biss meta jiġu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-kuntratti tad-derivattivi jkunu inklużi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura esklussivament għal finijiet ta’ hedging kontra r-riskju, il-volum tagħhom jiġi aġġustat fil-każ ta’ tnaqqis fir-riskju iħħeġġjat u jitneħħew meta r-riskju ħħeġġjat ma jibqax jeżisti;
(b)
il-kuntratti tad-derivattivi jkunu dokumentati biżżejjed;
(c)
il-kuntratti tad-derivattivi jkunu ssegregati f’konformità mal-Artikolu 12;
(d)
il-kuntratti tad-derivattivi ma jkunux jistgħu jiġu terminati f’każ ta’ insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li ħarġet il-bonds koperti;
(e)
il-kuntratti tad-derivattivi jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|