+Artikolu 13 Monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 Monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jaħtru monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura sabiex jagħmel monitoraġġ kontinwu tal-aggregazzjoni ta’ kopertura fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 u l-Artikoli 14 sa 17.
Artikolu 13 2.

Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jistabbilixxu regoli tal-inqas dwar l-aspetti li ġejjin:

(a) 

il-ħatra u t-tneħħija tal-monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura;

(b) 

kwalunkwe kriterju ta’ eliġibbiltà għall-monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura;

(c) 

ir-rwol u d-dmirijiet tal-monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, inkluż fil-każ tal-insolvenza jew ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(d) 

l-obbligu li jsir rapport lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2);

(e) 

id-dritt ta’ aċċess għal informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura.

Artikolu 13 3.
Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1, il-monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura għandu jkun separat u indipendenti mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti u mill-awditur ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jippermettu monitor tal-aggregazzjoni ta’ kopertura li ma jkunx separat mill-istituzzjoni ta’ kreditu (’monitor intern tal-aggregazzjoni ta’ kopertura’) fejn:

(a) 

il-monitor intern tal-aggregazzjoni ta’ kopertura jkun indipendenti mill-proċess ta’ deċiżjoni ta’ kreditu tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(b) 

mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jiżguraw li l-monitor intern tal-aggregazzjoni ta’ kopertura ma jistax jitneħħa minn dik il-funzjoni bħala monitor tal-aggregazzjoni tal-kopertura mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp maniġerjali, fil-funzjoni superviżorja tiegħu, tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti; u

(c) 

fejn meħtieġ, il-monitor intern tal-aggregazzjoni ta’ kopertura jkollu aċċess dirett għall-korp maniġerjali, fil-funzjoni superviżorja tiegħu.

Artikolu 13 4.
Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw lill-EBA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.