+Artikolu 14 Informazzjoni għall-investitur
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
|
Artikolu 14 Informazzjoni għall-investitur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi tagħhom ta’ bonds koperti li tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lill-investituri jivvalutaw il-profil u r-riskji ta’ dak il-programm u jwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tingħata lill-investituri mill-inqas fuq bażi trimestrali u tinkludi l-informazzjoni minima li ġejja dwar il-portafoll:
(a)
il-valur tal-aggregazzjoni ta’ kopertura u l-bonds koperti pendenti;
(b)
lista tan-Numri Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli (ISINs) għall-ħruġ ta’ bonds koperti kollha taħt dak il-programm, li lilhom ikun ġie attribwit ISIN;
(c)
id-distribuzzjoni ġeografika u t-tip ta’ assi ta’ kopertura, id-daqs tas-self tagħhom u l-metodu ta’ evalwazzjoni;
(d)
dettalji relattivi għar-riskju tas-suq, inklużi r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u r-riskju fil-munita, u riskji ta’ kreditu u likwidità;
(e)
l-istruttura tal-maturità tal-assi ta’ kopertura u ta’ bonds koperti, inkluża, jekk applikabbli, ħarsa ġenerali lejn l-avvenimenti li jiskattaw l-estensjoni tal-maturità;
(f)
il-livelli ta’ kopertura meħtieġa u disponibbli, u l-livelli tas-sovrakollateralizzazzjoni statutorja, kuntrattwali u volontarja;
(g)
il-perċentwal ta’ self fejn inadempjenza titqies li tkun seħħet skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fi kwalunkwe każ fejn ikun ilu aktar minn 90 jum li skadiet id-data dovuta tas-self.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal bonds koperti maħruġin esternament fi strutturi ta’ bonds koperti aggregati b’mod intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 8, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jew konnessjoni għaliha, tiġi pprovduta lill-investituri fir-rigward tal-bonds koperti kollha maħruġin internament tal-grupp. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni tingħata lill-investituri għall-inqas fuq bażi aggregata.
|
|
Artikolu 14 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom l-informazzjoni li ssir disponibbli għall-investituri f’konformità mal-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq il-karta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|