|
+Artikolu 14 2. |
Artikolu 14 2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tingħata lill-investituri mill-inqas fuq bażi trimestrali u tinkludi l-informazzjoni minima li ġejja dwar il-portafoll:
(a)
il-valur tal-aggregazzjoni ta’ kopertura u l-bonds koperti pendenti;
(b)
lista tan-Numri Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli (ISINs) għall-ħruġ ta’ bonds koperti kollha taħt dak il-programm, li lilhom ikun ġie attribwit ISIN;
(c)
id-distribuzzjoni ġeografika u t-tip ta’ assi ta’ kopertura, id-daqs tas-self tagħhom u l-metodu ta’ evalwazzjoni;
(d)
dettalji relattivi għar-riskju tas-suq, inklużi r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u r-riskju fil-munita, u riskji ta’ kreditu u likwidità;
(e)
l-istruttura tal-maturità tal-assi ta’ kopertura u ta’ bonds koperti, inkluża, jekk applikabbli, ħarsa ġenerali lejn l-avvenimenti li jiskattaw l-estensjoni tal-maturità;
(f)
il-livelli ta’ kopertura meħtieġa u disponibbli, u l-livelli tas-sovrakollateralizzazzjoni statutorja, kuntrattwali u volontarja;
(g)
il-perċentwal ta’ self fejn inadempjenza titqies li tkun seħħet skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fi kwalunkwe każ fejn ikun ilu aktar minn 90 jum li skadiet id-data dovuta tas-self. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal bonds koperti maħruġin esternament fi strutturi ta’ bonds koperti aggregati b’mod intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 8, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jew konnessjoni għaliha, tiġi pprovduta lill-investituri fir-rigward tal-bonds koperti kollha maħruġin internament tal-grupp. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni tingħata lill-investituri għall-inqas fuq bażi aggregata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|