+Artikolu 15 Rekwiżiti ta’ kopertura
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.

Artikolu 15 Rekwiżiti ta’ kopertura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu li l-programmi ta’ bonds koperti jikkonformaw il-ħin kollu tal-inqas mar-rekwiżiti ta’ kopertura stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.
Artikolu 15 2.
L-obbligazzjonijiet kollha tal-bonds koperti għandhom ikunu koperti minn pretensjonijiet għall-pagament marbuta mal-assi ta’ kopertura.
Artikolu 15 3.

L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu:

(a) 

l-obbligi għall-pagament tal-ammont prinċipali ta’ bonds koperti pendenti;

(b) 

l-obbligi għall-pagament ta’ kwalunkwe imgħax fuq bonds koperti pendenti;

(c) 

l-obbligi għall-pagament marbuta ma’ kuntratti tad-derivattivi miżmuma f’konformità mal-Artikolu 11; u

(d) 

il-kostijiet mistennija relatati mal-manutenzjoni u l-amministrazzjoni għat-terminazzjoni tal-programm ta’ bonds koperti.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu kalkolu ta’ somma f’daqqa.

Artikolu 15 4.

L-assi ta’ kopertura li ġejjin għandhom jikkontribwixxu għar-rekwiżit ta’ kopertura:

(a) 

assi primarji;

(b) 

assi ta’ sostituzzjoni;

(c) 

assi likwidi miżmuma f’konformità mal-Artikolu 16; u

(d) 

pretensjonijiet għall-pagament marbuta ma’ kuntratti tad-derivattivi miżmuma f’konformità mal-Artikolu 11.

Il-pretensjonijiet mhux kollateralizzati fejn jitqies li tkun seħħet inadempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jikkontribwux għall-kopertura.

Artikolu 15 5.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli għall-valutazzjoni ta’ kuntratti tad-derivattivi.
Artikolu 15 6.
Il-kalkolu tal-kopertura meħtieġa għandu jiżgura li l-ammont prinċipali aggregat tal-assi kollha ta’ kopertura jkun indaqs jew jeċċedi l-ammont prinċipali aggregat ta’ bonds koperti pendenti (“prinċipju nominali”).

L-Istati Membri jistgħu jippermettu prinċipji oħra ta’ kalkolu, sakemm dawn ma jirriżultawx f’proporzjon ta’ kopertura ogħla minn dak ikkalkolat taħt il-prinċipju nominali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-kalkolu ta’ kwalunkwe imgħax pagabbli fir-rigward ta’ bonds koperti pendenti u imgħax riċevibbli fir-rigward ta’ assi koperti, li għandhom jirriflettu prinċipji prudenzjali sodi f’konformità mal-istandards kontabilistiċi applikabbli.

Artikolu 15 7.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, l-Istati Membri jistgħu, b’mod li jirrifletti prinċipji prudenzjali sodi u f’konformità ma’ standards kontabilistiċi applikabbli, jippermettu imgħax futur riċevibbli fuq l-assi ta’ kopertura nett minn mgħax futur pagabbli fuq il-bond kopert korrispondenti li għandu jiġi kkunsidrat sabiex jiġi bbilanċjat kwalunkwe nuqqas fil-kopertura tal-obbligu tal-pagament prinċipali marbut mal-bond kopert fejn ikun hemm korrispondenza mill-qrib kif definita fir-regolament ta’ delega applikabbli adottat skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pagamenti riċevuti matul il-ħajja tal-assi ta’ kopertura u meħtieġa biex jiġi kopert l-obbligu tal-pagament marbut mal-bond kopert korrispondenti jkunu segregati f’konformità mal-Artikolu 12 jew ikunu inklużi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura fil-forma ta’ assi ta’ kopertura msemmija fl-Artikolu 6 sa meta l-pagamenti jsiru dovuti; u

(b) 

il-pagament minn qabel tal-assi ta’ kopertura jkun possibbli biss permezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni ta’ konsenja, kif definita fir-regolament ta’ delega applikabbli adottat skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fil-każ ta’ bonds koperti redimibbli b’parità mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, billi l-mutwatarju tal-assi ta’ kopertura jħallas mill-inqas l-ammont b’parità tal-bond kopert imsarraf.

Artikolu 15 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkolu ta’ assi ta’ kopertura u l-obbligazzjonijiet ikunu bbażati fuq l-istess metodoloġija. L-Istati Membri jistgħu jippermettu metodoloġiji ta’ kalkolu differenti għall-kalkolu tal-assi ta’ kopertura minn naħa waħda u tal-obbligazzjonijiet min-naħa l-oħra, sakemm l-użu ta’ tali metodoloġiji ma jirriżultawx fi proporzjon ogħla ta’ kopertura minn dak ikkalkulat bl-użu tal-istess metodoloġija għall-kalkolu kemm tal-assi ta’ koperta kif ukoll tal-obbligazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.