|
+Artikolu 15 7. |
Artikolu 15 7.B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, l-Istati Membri jistgħu, b’mod li jirrifletti prinċipji prudenzjali sodi u f’konformità ma’ standards kontabilistiċi applikabbli, jippermettu imgħax futur riċevibbli fuq l-assi ta’ kopertura nett minn mgħax futur pagabbli fuq il-bond kopert korrispondenti li għandu jiġi kkunsidrat sabiex jiġi bbilanċjat kwalunkwe nuqqas fil-kopertura tal-obbligu tal-pagament prinċipali marbut mal-bond kopert fejn ikun hemm korrispondenza mill-qrib kif definita fir-regolament ta’ delega applikabbli adottat skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-pagamenti riċevuti matul il-ħajja tal-assi ta’ kopertura u meħtieġa biex jiġi kopert l-obbligu tal-pagament marbut mal-bond kopert korrispondenti jkunu segregati f’konformità mal-Artikolu 12 jew ikunu inklużi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura fil-forma ta’ assi ta’ kopertura msemmija fl-Artikolu 6 sa meta l-pagamenti jsiru dovuti; u
(b)
il-pagament minn qabel tal-assi ta’ kopertura jkun possibbli biss permezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni ta’ konsenja, kif definita fir-regolament ta’ delega applikabbli adottat skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fil-każ ta’ bonds koperti redimibbli b’parità mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, billi l-mutwatarju tal-assi ta’ kopertura jħallas mill-inqas l-ammont b’parità tal-bond kopert imsarraf. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|